Sport Sport Ieħor

Nofs il-popolazzjoni tal-Ġappun jaħsbu li l-Olimpjadi se jsiru

(Ritratt: EPA)

Nofs il-popolazzjoni tal-Ġappun jaħsbu li l-Olimpjadi ta’ Tokjo se jkunu qed isiru kif pjanat f’Lulju u Awwissu li ġej.

Dan ħareġ minn sondaġġ li għamlet gazzetta fil-Ġappun hekk kif 50% tal-parteċipanti qalu li l-Olimpjadi se jkunu qed isiru filwaqt li 48% qalu li dawn se jkunu kkanċellat. L-istess sondaġġ sab li l-appoġġ lejn il-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga kien l-anqas minn meta ħadet post Shinzo Abe f’Awwissu li għadda.

Kawża tal-pandemija tal-Covid-19 għadu indeċiż jekk l-Olimpjadi humiex se jkunu miftuħin għall-pubbliku ġenerali hekk kif fil-Ġappun s’issa huma 3.1% tal-persuni li huma vvaċinati.