EURO 2020 Sport

Phil Foden jimita lil Paul Gascoigne fil-Euro tal-1996

Il-midfielder żagħżugħ Ingliż Phil Foden iddeċieda li jiżbogħ xagħaru simili għal dak ta’ Paul Gascoigne fil-kampjonati Ewropej tal-1996. F’dak it-tournament, Gascoigne kien indubbjament wieħed mill-aqwa plejers għall-Ingilterra fejn baqa’ mfakkar għal-gowl li skorja kontra l-Iskozja, fejn għen lil Ingilterra jaslu sas-semi finali.

Din is-sena bosta huma dawk li qed jbassru li Phil Foden jista’ jkun wieħed mill-plejers importanti għall-Ingilterra, wara l-istaġun fenomenali li kellu ma’ Man City. Bla dubju, din il-mossa min-naħa ta’ Foden qajjmet ukoll aktar entużjażmu fost il-partitarji Ingliżi, li jinsabu ħerqana biex jaraw lit-tim tagħhom jilgħab fil-Euro 2020, hekk kif il-maġġoranza tal-partiti tagħhom se jsiru fl-Ingilterra stess.