Internazzjonali

Numru ta’ websites lura għan-normal wara l-intoppi

Numru ta’ websites ewlenin — fosthom Amazon, Reddit u Twitch — qed jirritornaw għan-normal wara li fl-aħħar sigħat staġnaw u anki waqfu mill-funzjoni tagħhom.

Il-problemi partikulari x’aktarx kienu relatati għal ‘Fastly’ — cloud computing provider — li jservi bħala bażi għal dawn it-tipi ta’ websajts kruċjali.

Intant, il-kumpanija li tieħu ħsieb il-provider qalet li se tinvestiga l-issues relatati mas-servizzi tagħha fuq livell globali .

Qabel is-sitwazzjoni rritornat għan-normal kien hemm ukoll l-intoppi għall-websajt tal-Gvern Britanniku – gov.uk – kif ukoll għall-websajts tal-Financial Times, The Guardian u The New York Times.

Għaż-żmien kollu li damet il-problema, il-websajts affettwati kienu qegħdin juru l-messaġġ: “Error 503 Service Unavailable”.

Ikkummenta