F’Grupp Ċ, l-Awstrija m’humiex il-favoriti li javvanzaw, hekk kif sal-lum għadhom qatt ma rebħu partita fil-fażi finali tal-Euro
L-Awstrija tal-kowċ Franco Foda, żgur li mhumiex wieħed mill-pajjiżi l-aktar eċitanti tal-Euro 2020, iżda lanqas għandek tarmihom. Huma mhux biss temmew it-tieni fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni, b’sitt punti taħt ir-rebbieħa Polonja, iżda sussegwentament, f’Novembru li għadda kisbu promozzjoni għal-League A tal-UEFA Nations League.

Is-selezzjoni tal-Awstrija għall-Euro 2020 hi komposta mill-midfielder offensiv ta’ RB Leipzig, Marcel Sabitzer (lemin) u d-difensur ta’ 28 sena, David Alaba (xellug).

Storikament huma qatt ma kellhom xi riżultati memorabbli f’dan il-livell ta’ futbol, speċjalment meta lagħbu fiż-żewġ edizzjonijiet preċedenti tal-Kampjonati Ewropej, tant li sal-lum qatt ma rebħu partita bħala tim finalist. L-iskwadra hi komposta mill-midfielder offensiv ta’ RB Leipzig, Marcel Sabitzer u d-difensur ta’ 28 sena, David Alaba.
Il-filosofija li qed jilgħab biha l-kowċ, Franco Foda, tikkonċentra l-aktar fuq l-importanza li jinżamm il-pussess u meta jkunu mingħajr ballun jattakkaw lill-avversarju b’intensità kbira.

Il-kowċ Ġermaniż, Franco Foda kien maħtur kowċ tal-Awstrija, f’Ottubru tal-2017
L-Awstrijaċi jilagħbu b’sistema tattika ta’ 4-2-3-1 u l-aktar bidla evidenti li kowċ Foda wettaq f’dan it-terminu tiegħu fit-tmexxija, kienet l-għażla ta’ Alaba bħala winger fuq ix-xellug, minflok f’nofs il-grawnd, kif kien jilgħab taħt il-kowċ nazzjonali preċedenti, Marcel Koller. Il-filosofija li qed jilgħab biha Foda, tikkonċentra l-aktar fuq l-importanza li jinżamm il-pussess u meta jkunu mingħajr ballun jattakkaw lill-avversarju b’intensità kbira. It-tlieta tan-nofs, ċioè Christop Baumgartlinger, Stefan Ilsanker u Sabitzer, ilkoll flimkien jagħtu garanzija ta’ bilanċ u tenaċità fil-logħba tal-Awstrija.




F’Marzu li għadda, Foda biddel mhux ftit fl-għażliet ta’ plejers tiegħu u f’din l-edizzjoni mistenni jagħti aktar fiduċja lit-talent interessanti li għandu l-futbol Awstrijak, li iżda jaf m’għandux biżżejjed esperjenza. Fl-istess waqt, l-Awstrija, li preżentament jinsabu fit-23 post fir-rankings tal-FIFA, għandhom plejers oħra validi u ta’ kwalità bħali fil-każ ta’ Valentino Lazaro, Aleksandar Dragovic u Marko Arnautovic.

Il-verità hi li fi Grupp Ċ, bl-Olanda favoriti li jirbħu l-grupp, il-pronostiku ta’ ħafna hi li t-tielet u l-aħħar partita tal-grupp, dik ta’ kontra l-Ukrajna, taf tiddeċiedi liema tim minn dawn iż-żewġ pajjiżi se jkun qed javvanza għal mal-aħħar 16 tal-Euro 2020.

Is-26 plejer tal-Awstrija għall-Euro 2020
Kowċ: Franco Foda


Gowlkipers: Daniel Bachmann (Watford), Pavao Pervan (Wolfsburg), Alexander Schlager (LASK)
Difensuri: David Alaba (Bayern), Aleksandar Dragovic (Leverkusen), Marco Friedl (Werder Bremen) Martin Hinteregger (Frankfurt), Stefan Lainer (Monchengladbach), Philipp Lienhart (Freiburg), Stefan Posch (Hoffenheim), Christopher Trimmel (Union Berlin), Andreas Ulmer (Salzburg)


Midfielders: Julian Baumgartlinger (Leverkusen), Christoph Baumgartner (Hoffenheim), Florian Grillitsch (Hoffenheim), Stefan Ilsanker (Frankfurt), Konrad Laimer (Leipzig), Valentino Lazaro (Internazionale), Marcel Sabitzer (Leipzig), Louis Schaub (Luzern), Xaver Schlager (Wolfsburg), Alessandro Schopf (Schalke)
Attakkanti: Marko Arnautovic (Shanghai Port), Michael Gregoritsch (Augsburg), Sasa Kalajdzic (Stuttgart), Karim Onisiwo (Mainz)
