Il-Euro 2020 tista’ tkun l-edizzjoni li tagħti l-ewwel suċċess Ewropew lill-Ingliżi
Il-finali tal-Euro 2020 se tkun qed tintlagħab f’Wembley Stadium. Il-ħolma ta’ kull partitarju tat-tim nazzjonali Ingliż hi li dakinhar, l-iskwadra taħt it-tmexxija ta’ Gareth Southgate mhux biss tkun finalista iżda għall-ewwel darba fl-istorja tirbaħ din il-kompetizzjoni. Il-possibiltà li dan ix-xenarju jseħħ huma għoljin ħafna, hekk kif lejlet il-bidu tal-Euro 2020, il-bookmakers qed ipoġġu lill-Ingilterra u Franza l-aktar favoriti li jsiru champions tal-Ewropa.

Il-mira tal-Ingliżi din id-darba hi li jirbħu dan it-turnament Ewropew. Din l-ambizzjoni hija aktar milli realistika
Preżentament l-Ingilterra huma fir-raba’ post fir-rankings tal-FIFA, u fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, huma waslu sas-semifinali. Din id-darba huma qed iħarsu biss lejn ir-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni u jekk wieħed jagħmel evalwazzjoni tal-kwalità li għandha din l-iskwadra, allura malajr jikkonkludi li dawn l-ambizzjonijiet huma aktar milli realistiċi. Sabiex ikkwalifikaw għall-fażi finali, huma rebħu l-grupp rispettiv tagħhom b’faċilità, meta temmew l-ewwel b’vantaġġ ta’ sitt punti fuq it-tieni post, ir-Repubblika Ċeka.
X’aktarx l-Ingilterra se tkun qed tilgħab b’sistema ta’ 3-4-3. M’hemmx dubju li l-kompetizzjoni għall-post fl-ewwel ħdax hi waħda kbira. Anke biex intgħażlu s-26 plejer fl-iskwadra finali, Southgate kellu biċċa xogħol kbira hekk kif il-ġenerazzjoni preżenti ta’ plejers Ingliżi, possibilment hi waħda mill-aktar jekk mhux l-aktar ġenerazzjonijiet ta’ kull żmien, b’talent f’kull pożizzjoni tal-pitch.
Il-modulu tattiku li mistenni jilgħab biħ kowċ Southgate se jkun dak ta’ 3-4-3

X’aktarx l-Ingilterra se tkun qed tilgħab b’sistema ta’ 3-4-3. M’hemmx dubju li l-kompetizzjoni għall-post fl-ewwel ħdax hi waħda kbira. Anke biex intgħażlu s-26 plejer fl-iskwadra finali, Southgate kellu biċċa xogħol kbira hekk kif il-ġenerazzjoni preżenti ta’ plejers Ingliżi, possibilment hi waħda mill-aktar jekk mhux l-aktar ġenerazzjonijiet ta’ kull żmien, b’talent f’kull pożizzjoni tal-pitch.

Il-qafas tat-tim hu mibni
madwar il-captain u
l-iskorer prolifiku
ta’ Tottenham, Harry Kane
Il-qafas ta’ dan it-tim hu mibni madwar il-captain u l-iskorer prolifiku ta’ Tottenham, Harry Kane. Bejn il-lasti, l-għażla ta’ Southgate mistennija taqa’ fuq Jordan Pickford ta’ Everton. Fid-difiża hemm l-influwenza tal-uċuh Ben Chillwell, Harry Maguire, John Stones u Kyle Walker. F’nofs il-grawnd, jispikkaw ismijiet ta’ plejers li għadhom żgħar fl-età iżda b’talent kbir. Phil Foden (20 sena), Mason Mount (22 sena), Declan Rice (22 sena), Jack Grealish (25 sena) kif ukoll il-plejer ta’ 30 sena li jilgħab ma’ Liverpool, Jordan Henderson. Fl-attakk, Southgate għandu aktar lussu minn fejn jagħżel. Apparti Kane, hemm il-kwalità ta’ plejers bħal Raheem Sterling, Jadon Sancho, Marcus Rashford u Dominic Calvert-Lewin.



Tassew każ ta’ skwadra b’saħħitha u kandidata minn ta’ quddiem nett biex tirbaħ it-trofew Henri Delaunay. Sal-lum l-aħjar riżultat tal-Ingilterra f’din il-kompetizzjoni kien darbtejn bħala semifinalisti telliefa, fl-edizzjonijiet tal-1968 u l-1996.

Is-26 plejer tal-Ingilterra għall-Euro 2020
Kowċ: Gareth Southgate


Gowlkipers: Dean Henderson (Man Utd), Sam Johnstone (West Brom), Jordan Pickford (Everton)
Difensuri: John Stones (Man City), Luke Shaw (Man Utd), Harry Maguire (Man Utd), Ben White (Brighton), Kyle Walker (Man City), Tyrone Mings (Aston Villa), Reece James (Chelsea), Conor Coady (Wolves), Ben Chilwell (Chelsea), Kieran Trippier (Atletico Madrid)


Midfielders: Mason Mount (Chelsea), Declan Rice (West Ham), Jordan Henderson (Liverpool), Jude Bellingham (Borussia Dortmund), Kalvin Phillips (Leeds)
Attakkanti: Harry Kane (Tottenham), Marcus Rashford (Man Utd), Raheem Sterling (Man City), Dominic Calvert-Lewin (Everton), Phil Foden (Man City), Jack Grealish (Aston Villa), Jadon Sancho (Borussia Dortmund), Bukayo Saka (Arsenal)
