Se jkunu qed jilgħabu fl-istess grupp tal-Ingilterra, f’dik li hi meqjusa bħala l-eqdem rivalitá u partita internazzjonali fl-istorja tal-futbol
L-Iskozja se jkunu qed jirritornaw fost il-pajjiżi finalisti tal-Euro, wara nuqqas ta’ ħames edizzjonijiet konsekuttivi. Bi Steve Clarke bħala kowċ, l-Iskozja se tkun qed tilgħab fl-istess grupp tal-Ingilterra iżda mingħajr pressjoni ta’ rebħ. Kulħadd hu konxju mill-limitazzjonijiet ta’ din l-iskwadra u għalhekk l-aspirazzjonijiet huma minimi.
L-Iskoċċiżi għaddew għall-finali tal-Euro permezz tal-play-offs.

L-etá medja tal-iskwadra magħżula minn Clarke hi ta’ 27 sena, u tinkludi tliet plejers li għadhom qatt ma lagħbu fit-tim qabel.
Skozja se jilgħabu f’dan il-livell, 23 sena wara li huma kkwalifikaw l-aħħar għal kompetizzjoni ta’ dan it-tip, it-Tazza tad-Dinja tal-1998. Triqthom lejn il-kwalifikazzjoni kienet twila u diffiċli u kellhom jisfurzaw il-playoffs, b’rebħiet kontra Iżrael u s-Serbja rispettivament, biex ikkwalifikaw għall-Euro 2020.

Skozja tilgħab b’sistema tattika ta’ tliet difensuri, simili għal kif kienu jilgħabu fl-1996, meta kienu kkwalifikaw l-aħħar għall-Euro.
Scott McTominay għandu rwol importanti fl-iskwadra, speċjalment għaliex hu abbli fil-mod ta’ kif jiddistribwixxi l-ballun mid-difiża għall-attakk.
Bi Clarke fit-tmun, tqed naraw lil dan it-tim jilgħab b’sistema ta’ tliet difensuri; simili għal kif l-istess Skozja kienu jilagħbu u kisbu l-kwalifikazzjoni għall-Euro 1996. Din l-għażla tattika tippermetti sabiex id-difensuri Kieran Tierney u Andy Robertson, it-tnejn jilagħbu fuq ix-xellug. Il-midfielder ta’ Manchester United, Scott McTominay għandu rwol importanti f’nofs il-grawnd, l-aktar għall-mod ta’ kif jiddistribwixxi l-ballun mid-difiża għall-attakk.



L-Iskozja jista’ jkun wieħed mit-timijiet finalisti li jservi ta’ attrazzjoni għal kwalunkwè partitarju tal-futbol għaliex hu mogħni b’ġenerazzjoni ta’ plejers li kabbru l-esperjenza kalċistika tagħhom f’Kampjonati Brittaniċi, fosthom il-Premier League Ingliż. Plejers oħra interessanti fis-selezzjoni finali ta’ Clarke huma John McGinn James Forrest, Ryan Christie u Callum McGregor. Nieqsa mit-tim f’din il-kompetizzjoni hemm Liam Palmer, Leigh Griffiths, Lawrence Shankland, Andy Considine, Ryan Jack, Kenny McLean u Oli McBurnie. Interessanti ukoll li l-ismijiet magħżula ta’ Billy Gilmour, Nathan Patterson u David Turnbull, qatt ma lagħbu qabel mal-Iskozja.

Is-26 plejer tal-Iskożja għall-Euro 2020
Kowċ: Steve Clarke


Gowlkipers: Craig Gordon (Heart of Midlothian), David Marshall (Derby County), Jon McLaughlin (Rangers)
Difensuri: Liam Cooper (Leeds United), Declan Gallagher (Motherwell), Grant Hanley (Norwich City), Jack Hendry (KV Oostende), Scott McKenna (Nottingham Forrest), Stephen O’Donnell (Motherwell), Nathan Patterson (Rangers), Andy Robertson (Liverpool), Greg Taylor (Celtic), Kieran Tierney (Arsenal)


Midfielders: Stuart Armstrong (Southampton), Ryan Christie (Celtic), John Fleck (Sheffield United), Billy Gilmour (Chelsea), John McGinn (Aston Villa), Callum McGregor (Celtic), Scott McTominay (Manchester United), David Turnbull (Celtic)
Attakkanti: Ché Adams (Southampton), Lyndon Dykes (Queen’s Park Rangers), James Forrest (Celtic), Ryan Fraser (Newcastle United), Kevin Nisbet (Hibernian)

