Raġel ta’ 31 sena sofra ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur li seħħ fi Triq il-Wied tal-Imsida, fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am ta’ dalgħodu.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel Ġermaniż, waqa’ bil-mutur Orcal li kien qiegħed isuq. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>