Sport Sport Ieħor

Suċċess għall-atleti Maltin fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Ritratti: Claire Azzopardi (xellug) u Janet Richard (lemin)

Suċċess għall-atleti Maltin fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, hekk kif wara li Claire Azzopardi rebħet il-midalja tad-deheb fil-long jump, it-tim tar-relay tan-nisa ukoll rebħu l-midlja tad-deheb, b’distakk ta’ aktar minn 20 metru. It-tim rebbieħ kien kompost minn Charlotte Wingfield, Sarah Busuttil, Martha Spiteri u Janet Richard.

F’San Marino hemm madwar 15-il atleta jirrapreżentaw lil pajjiżna fit-tielet edizzjoni ta’ dawn il-Kampjonati. MInn barra Claire Azzopardi li saret l-ewwel atleta lokali li rebħet id-deheb f’din id-dixxiplina, Janet Richard kisbet il-midalja tal-fidda fl-400 metru, b’Bradley Mifsud jikseb il-Bronze fil-javelin.

L-atleti Carla Scicluna u Rachel Pace kienu sfortunati li ma kisbux midalja hekk kif temmew fir-raba’ post tal-kategoriji rispettivi tagħhom.

Sadanittant Luke Micallef u Lisa Bezzina ħadu sehehm fit-Tazza Ewropea tal-10,000 metru f’Birmingham, r-Renju Unit. B’kompetizzjoni ta’ livell għoli fosthom iċ-champion Olimpiku Mo Farah, Micallef kiseb ħin ta’ 31’59”48, biex għeleb ir-rekord tiegħu stess bi 30 sekonda. Min-naħa l-oħra Bezzina irreġistrat ħin ta’ 35’43”97.

Bejn id-19 u l-20 ta’ Lulju, Athletics Malta se tkun qed tibgħat kontinġent ta’ madwar 40 atleta f’Limassol Ċipru, li se jkunu qegħdin jimmiraw li jiksbu post fil-promozzjoni għat-tieni diviżjoni, fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet.