EURO 2020 Futbol Sport

“Surreali li ninsab fl-iskwadra tal-Ingilterra”- Ben White

Id-difensur ta’ Brighton Ben White qal li huwa surreali li se jkun parti mill-iskwadra tal-Ingilterra għall-Euro 2020. Id-difensur ta’ 23 sena kien inkluż fl-iskwadra ta’ Gareth Southgate wara li Trent Alexander-Arnold kellu jirtira wara injury.

White għamel id-debutt tiegħu mal-Ingilterra l-ġimgħa li għaddiet waqt partita ta’ ħbiberija kontra l-Awstrija u lagħab id-90 minuta fil-partita ta’ nhar il-Ħadd kontra r-Rumanija. L-għażla ta’ White kienet sorpriża hekk kif bosta stennew li Southgate jsejjaħ lil James Ward-Prowse jew lil Jesse Lingard.

“Hija surreali li ninsab fl-iskwadra finali, lanqas ma stennejt li se nkun mal-iskwadra proviżorja”, qal l-eks difensur ta’ Newport u Peterborough.