Lokali

Tikolx dan il-prodott għax jaf fih xi kimika f’wieħed mill-ingredjenti

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed tavża biex wieħed ma jużax il-prodott bl-isem ta’ Canape Selection – Fagottini di pasta sfoglia farciti tad-ditta Deluxe hekk kif hemm il-possibiltà li wieħed mill-ingredjenti fih tip ta’ kimika, Ethylene Oxide.

Id-dati tad-durabbiltà u tal-lottijiet huma dawn:

  1. 30/11/2022 – Lott 21005A u Lott 21025M
  2. 31/12/2022 – Lott 21005A u Lott 21025M U Lott 21033M
  3. 31/01/2023 – Lott 21025A u Lott 21033M

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.