EURO 2020 Futbol Sport

Wara Kulusevski, Svanberg jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

(Ritratt: EPA)

Wara li aktar kmieni, Dejan Kulusevksi rriżulta pożittiv għall-Covid-19, tard illejla kien ikkonfermat it-tieni każ pożittiv ta’ Covid-19 fl-iskwadra tal-Iżvezja hekk kif il-midfielder Mattias Svanberg wkoll irriżulta pożittiv.

Nhar it-Tnejn l-Iżvezja mistennija tilgħab l-ewwel partita tal-grupp kontra Spanja li jinsabu f’sitwazzjoni simili. Il-kowċ Żvediż qal li ma kienu se jġibu lil ħadd flok Kulusevski iżda issa jidher li din id-deċiżjoni se tkun qed tinbidel jekk ikomplu jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19 fl-iskwadra tiegħu.