Waħda mill-ibliet li se tkun qed tospita partiti tal-Euro 2020, St. Petersburg qed taffaċja żieda allarmanti ta’ każijiet ta’ Covid-19, bl-awtoritajiet tas-saħħa Russi jżidu n-numru ta’ sodod fl-isptarijiet.
Fl-aħħar xahar il-belt Russa kellha 700 każ ġdid ta’ Covid-19 kuljum. Il-belt ta’ St. Petersburg se tkun qed tospita seba’ partiti, sitta mill-fażi tal-gruppi u kwartifinali.
//= $special ?>