Futbol Sport

André Schembri jinħatar Direttur tal-Futbol ta’ Apollon Limassol FC

L-eks plejer internazzjonali Malti André Schembri inħatar Direttur tal-Futbol tal-club Ċiprijott Apollon Limassol FC, li magħhom kelllu karriera kemm bħala plejer kif ukoll bħala coach f’livelli tal-youths tal-club.

Schembri kellu perjodu ta’ suċċess bħala plejer ma’ Apollon bejn l-2017 u l-2019, fejn lagħab 57 darba u skorja 10 gowls. Fl-2017 hu kien rebaħ ukoll is-Super Cup Ċiprijotta mal-istess club.

F’messaġġ fuq Facebook André Schembri qal li jinsab onorat li ġie avdat f’din il-kariga filwaqt li qal li din hi opportunita’ għalih sabiex jaħdem f’livell professjonali fejn se jkun qed juri l-aħjar abiltajiet tiegħu.

Il-Kap tal-Partita Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa awguraw lil André Schembri għal din il-kariga ġdida, filwaqt li faħħru lil Andre’ għal ħidma tiegħu fil-kamp sportiv u għall-professjonalita’ tiegħu, bħala bniedem li għamel isem għall-pajjiżna barra minn xtutna.