Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Mellieħa

Mara ta’ 49 sena li tgħix is-Swieqi qed issofri ġrieħi gravi wara inċident fil-Mellieħa.

Dalgħodu, għall-ħabta tal-10.45, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 67 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, u mutur Honda, li kien qed jinstaq mill-vittma.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.