Lokali

Bżonn ta’ unit speċjalizzat fil-qasam tas-saħħa mentali f’Mater Dei

Għandu jitwaqqaf unit fl-Isptar Mater Dei għall-bżonnijiet ta’ persuni li jkollhom bżonn kura speċjalizzata fil-qasam tas-saħħa mentali.

Sostna dan il-psikjatra Joe Vella Baldaccino waqt il-programm Net Live fejn kienu diskussi l-isfidi li qed jiffaċċja dan is-settur.

Hu qal li ċertu kundizzjonijiet li jkunu ta’ natura ħafifa, jistgħu jiġu trattati f’dan il-unit f’Mater Dei iżda sfortunatament pazjenti jaqtgħu qalbhom li jfittxu t-trattament għaliex ikollhom imorru fl-Isptar Monte Carmeli u l-istigma li dan il-post iġorr miegħu.

Il-psikjatra Vella Baldacchino qal li ċ-ċirkostanzi li nħolqu mill-pandemija tal-Covid wasslu għal iktar għarfien ta’ ċertu kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali.

Il-pandemija ħolqot ukoll problemi oħrajn fosthom ansjeta’ fost l-anzjani li baqgħu jibżgħu joħorġu mid-dar minkejja li huma mlaqqmin …bil-Covid iwassal għal kundizzjonijiet oħra bħad-dipressjoni. Grupp ieħor li għandu sfidi fuq il-livell ta’ saħħa mentali huma iż-żagħżagħ u l-istudenti, li batew min-nuqqas ta’ kuntatt u interazzjoni ma’ sħabhom minħabba l-pandemija.