Wara li fl-aħħar ġimgħat, il-Minisru Carmelo Abela sab ruħu fl-aħbarijet tista’ tgħid kuljum, l-Erbgħa filgħodu kompla bl-eżerċizzju biex jipprova b’xi mod jaljena lill-pubbliku u jikkonvinċih li l-allegazzjonijiet dwaru mhumiex importanti għaliex qed jaħdem ħafna.
F’opinion piece ippubblikata fil-gazzetta Maltatoday, il-Ministru implikat li għen lill-kriminali f’attentat ta’ serqa fejn kienu wkoll sparati tiri fuq uffiċjali tal-Pulizija, għamel eloġju ma jispiċċa qatt lilu nnifsu.
Wara dan l-eloġju, Abela jikteb hekk:
“Uħud huma iktar interessati li joħolqu stejjer u sensazzjonaliżmu fuq Facebook. “
Dan huwa l-istess Ministru li f’nofs dawn l-allegazzjonijiet kollha….sab lill-Prim Ministru Robert Abela bhala tarka.
Carmelo Abela jtemm l-artiklu tiegħu billi jgħid li taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, hu “se jkompli jagħmel il-ġid għall-pajjiż”.
Il-Ministru Abela kien skomdu ferm meta f’dawn il-ġimgħat kien iffaċċjat minn għadd ta’ ġurnalisti dwar l-involviment tiegħu fir-reat li qed jissemmew – allegazzjonijiet li hu qed jibqa’ jichad.
Iżda fid-dawl ta’ dan kollu, il-Prim Ministru għal raġunijiet li jafhom hu biss, jibqa’ jiddefendi lil Carmelo Abela. Aġir li jfakkar ħafna fil-mod kif il-predeċessur tiegħu Joseph Muscat baqa’ sal-aħħar joħroġ għonqu għaċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, illum akkużat b’lista ma tispiċċa qatt ta’ reati.
//= $special ?>