Lokali

Covid-19: Każ ġdid, ifiqu 3

Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra biss każ wieħed pożittiv ta’ COVID-19, filwaqt li fiequ tlett persuni oħra. Biex b’hekk il-kazijiet attivi niżlu għal 68.

Għal ġurnata oħra ma kienu reġistrati ebda imwiet… bil-fatalitajiet jibqgħu 419.

Sat-Tnejn kienu ingħataw 564,718 doża tal-vaċċin għal kontra l-COVID, b’aktar minn 243,000 persuna huma mlaqqma biż-żewġ dożi.