“Determinat li nnaqsu l-piż tal-kontijiet tad-dawl” – Bernard Grech

“Determinat li nnaqsu l-piż tal-kontijiet tad-dawl”. Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara żjara li għamel l-Erbgħa filgħodu fil-monti ta’ Birkirkara….fejn tkellem ma’ diversi residenti Karkariżi, bejjiegħa li kienu armati, kif ukoll nies oħra li kienu qedgħin jixtru.

Kienu bost fil-fatt dawk li irringrazzjaw lil Bernard Grech għall-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jingħata lura il-flus li nsteraq mill-Gvern Laburista b’rabta mal-kontijiet tad-Dawl u Ilma.

Ma’ Net News, Bernard Grech tenna ukoll sentiment komuni fost dawk li tkellmu miegħu waqt din iż-żjara

Waqt din iz-zjara, Bernard Grech intlaqa’ wkoll mill-Propostu ta’ Birkirkara Dun Paul Carmel Vella li miegħu żar il-mużew tal-Kolleġjata Bażilika ta’ Sant’Elena. Fil-mużew, Bernard Grech tkellem fost l-ohrajn mal-President tal-Għaqda tal-Ħbieb tat-Tempju Elenjan, Manuel Sammut.

Matul din iż-żjara, Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, id-Deputat Beppe Fenech Adami, Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista f’Birkirkara, rappreżentant distrettwali f’isem it-tmien distrett kif ukoll mill-kandidati Justin Schembri, Michael Axiak, Dorian Sciberras, Angelo Micallef kif ukoll Alex Perici Calascone.