EURO 2020 Futbol Sport

Gianluca Vialli jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu li għadda minnha fix-xhur li għaddew

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-eks player internazzjonali Talja Gianluca Vialli tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li għadda minnha fl-aħħar xhur hekk kif kien marid bil-kanċer.

Vialli minkejja li fieq qal li l-kanċer għadu miegħu xorta waħda se jibqa’ għaddej ‘il quddiem mingħajr ma jaqta’ qalbu. Vialli qal li l-esperjenza tiegħu tista’ sservi ta’ esperjenza għal ħaddieħor. L-eks player ta’ Sampdoria li qed jaħdem fil-qrib ma’ Roberto Mancini u tkellem ukoll dwar il-kapaċitajiet tal-kowċ Taljan.