Id-difensur Ingliż ta’ 28 sena Harry Maguire mhux se jilħaq jirkupra mill-injury fil-ligaments tal-għaksa, biex b’hekk mhux se jilgħab kontra l-Kroazja fl-ewwel partita minn Grupp D. Maguire sofra l-injury kontra Aston Villa f’partita mill-Premier League, bil-coach Gareth Southgate jieħu riskju u xorta waħda sejjaħlu mal-iskwadra finali tal-Iniglterra.
Minkejja li Southgate kien kunfidenti li Maguire se jagħmilha għal partita kontra l-Kroazja, jidher li d-difensur kien l-unika plejer Ingliż li ma tħariġx mat-tim, fejn mistenni jkompli jittrenja fil-gym biex jirkupra għat-tieni partita kontra l-Iskozja.
//= $special ?>