Lokali

Il-Gvern jibqa’ ma jieħux azzjoni dwar l-abbużi li seħħew fl-Armata mill-Gvern Laburista

Minkejja konferma waħda wara l-oħra tal-abbużi fil-mod kif il-Gvern Laburisa ta lpromozzjonijiet fl-Armata, Robert Abela qed jibqa’ ċass quddiem dan kollu u 24 siegħa wara ir-rapporti fil-ġurnali lokali, baqa’ ma sar xejn.

Hekk kif kien ikkonferma l-Ombudsman fir-rapporti tiegħu, illum għandna armata fil-pajjiz li għandha l-ogħla karigi, okkupati minn persuni li b’mod illegali u abbużżiv qabżu numru ta’ membri oħra tal-forza bi promozzjoni waħda wara l oħra. Sal-lum il-Gvern ta’ Robert Abela għadu jiddefendi dawn l abbużi u jirrifjuta li jindirriza u jirrimedja s-sitwazzjoni.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa llum mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Il-PN saħaq illi għal dawn l-abbużi għandha tintrefa’ responsabiltá politika mill-Prim Ministru u l-eks ministru li ra u ppermetta li jsiru dawn l-inġustizzji. Għal dawn l-abbużi għandu jwieġeb il-kap kmandant tal-Forzi Armati li qed jokkupa kariga b’mod abbużiv.

Il-Partit Nazzjonalista min-naħa tiegħu jibqa’ kommess li jara li ssir ġustizzja ma kull min sofra l-inġustizzji fl-armata