EURO 2020 Sport

Il-kamp Spanjol jingħata il-vaċċin kontra l-Covid 19

Il-kamp Spanjol se jingħata l-vaċċin kontra l-Covid 19 wara l-chaos li nqala’ fost dawk nvoluti bil-każijiet pożittivi ta’ Sergio Busquets u Diego Llorente.

Il-Ministru tas-Saħħa Spanjol ħabbar dan illejla wara li Spanja kellha ssejjaħ tim ieħor kompost minn 17-il plejer sabiex jilagħbu, fl-eventwalita li jkompli jinfirex il-virus fost il-plejers Spanjoli.

It-tim Spanjol bħalissa qiegħed f’iżolament, bl-ewwel partita tagħhom fil-Euro 2020 se tkun kontra l-Iżvezja nhar it-Tnejn li ġej.