Fl-enerġija, il-Partit Laburista jidher li spiċċa bla ideat.
Fejn sa ftit tas-snin ilu dan kien il-qasam li fuqu bena dik li llum nafu li kienet ħrafa, jiġifieri dik tal-powerstation il-ġdida li kellha ssovielna l-problemi kollha, illum, il-Lejber sar skomdu jitkellem dwar dan l-akbar skandlu fost il-ħafna li rajna f’dawn it-tmien snin.
Wara li l-Gvern ħabbar li t-triq ‘il quddiem fl-enerġija hija filfatt dik li kellu f’moħħu l-Partit Nazzjonalista lura fl-2013, jiġifieri dak tat-tieni interconnector, issa ħadd mill-Ministri mhu komdu jwieġeb x’se jagħmlu bil-powerstation tal-Electrogas, u għalfejn issa qed imorru għat-tieni interconnector.
Silvio Schembri ma kien komdu xejn iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ dan is-sit, u fl-aħħar bgħatna nistaqsu lill-Ministru kkonċernat.
Iżda l-Minisru Silvio Schembri mhux l-uniku wieħed li mhux komdu jitkellem dwar il-ħadma lill-poplu fl-enerġija. Anke l-Ministru Clayton Bartolo kien skomdu ferm għall-mistoqsijiet tagħna tant li injorahom għal kollox.
Din tal-interconnector hija t-tieni kontroversja fl-enerġija li sab ruħu fiha l-Gvern ta’ Robert Abela, wara li ftit tal-ġimgħat ilu rapport illeakjat tal-Awditur Ġenerali kixef diskrepanzi kbar fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li qed jissarfu f’serq mill-bwiet tal-familji Maltin u Ghawdxin.
//= $special ?>