Futbol Sport

Il-UEFA tiddikjara li Ħamrun mhux se jieħdu sehem fil-UEFA Champions League dan l-istaġun

Wara diversi xhur ta’ stennija, il-UEFA ħabbret li mhux se tkun qed tħalli lil Ħamrun jipparteċipaw fil-UEFA Champions League dan l-istaġun. Dan wara li l-klabb irid jiskonta is-sentenza ta’ staġun barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej b’rabta ma’ każ li jmur lura għall-istaġun 2012/13.

Fid-deċiżjoni tagħha l-UEFA sostnit li Ħarmun ma skontawx is-sospensjoni tagħhom hekk kif ma kienux kkwalfikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Sadanittant jidher li Ħamrun se jkun qed jappellaw mid-deċiżjoni permezz tar-rappreżentanti legali tagħhom, bid-deċiżjoni finali mistennija toħroġ fil-jiem li ġejjin.

F’każ li d-deċiżjoni tibqa dik li hi, Hibernians ikunu t-tim li se jipparteċipa fil-UEFA Champions League, b’Birkirkara, Gżira u issa Mosta, jkunu t-timijiet li jieħdu sehem fil-Conference League.

L-istqarrija uffiċjali ta’ Ħamrun Spartans