Lokali

Ir-ristoranti se jniedu l-vouchers tagħhom

Numru ta’ ristoranti membri tal-Assoċjażżjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering nedew inizjattiva bil-għan li jkomplu jagħtu spinta lill-qasam tar-ristoranti.

L-ACE qed joħorġu sistema ta’ vouchers parallela ma’ dik eżistenti u li jissarfu fir-ristoranti u l-barijiet. 

Matthew Pace, Segretarju ta’ din l-assoċjazzjoni, spjegalna kif se jaħdmu dawn il-vouchers.

Is-settur tal-catering li jinkludi ristoranti, bars u każini fost l-oħrajn kien fost dawk li l-aktar li bata d-daqqa tal-pandemija fl-aħħar perjodu, b’bosta minnhom jibqgħu magħluqin għal diversi xhur.

Din l-inizjattiva għandha l-ħsieb li lil dan il-qasam terġa’ ttih il-ħajja tant meħtieġa u biex tagħtih nifs wara li ħafna li jaħdmu fih bgħatew xhur ta’ inċertezza u piżijiet finanzjarji kbar.