Futbol Sport

Is-sitt clubs Ingliżi nvoluti fil-European Super League se jħallsu madwar £20 miljun fil-kwistjoni mal-Premier League

Is-sitt clubs Ingliżi nvoluti fil-European Super League mistennija jħallsu £3.5 miljun kull club fi ftehim mal-Premier League. Is-sitt clubs involuti huma Arsenal, Tottenham, Man City, Man Utd, Chelsea u Liverpool li mistennija jħallsu somma ta’ £20 miljun bejniethom.

Clubs Ingliżi li fil-futur se jipprovaw jifformaw kampjonat simili għall-European Super League se jaffaċjaw penali, multi kbar kif ukoll tnaqqis ta’ madwar 30 punt fil-klassifika tal-Premier League.

Dan il-ftehim huwa simili għal ftehim li ntlaħaq bejn dawn is-sitt clubs, Inter, Atletico Madrid u Milan, flimkien mal-UEFA, fejn qablu li bejniethom iħallsu s-somma ta’ €15 miljun, liema flus se jkunu investiti fi programmi tal-‘grassroots’ u l-infrastruttura tal-futbol.

Il-European Super League kien sfaxxa fi ftit inqas minn 48 siegħa minn meta nħoloq, bil-partitarji, speċjalment tal-clubs Ingliżi, juru d-disapprovazzjoni tagħhom għal dan il-proġett, bi protesti quddiem l-istadiums tal-istess timijiet.