Lokali Parlament

Iż-żoni riservati għall-għawwiema għandhom jtikabbru

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Goduer appella biex iż-żoni riservati għall-għawwiema fil-bajjiet jitkabbru u jinstab bilanċ bejn id-drittijiet tal-għawwiema u dawk tas-sidien taddgħajjes.

Fl-Aġġornament fil-parlament llejla Karl Gouder tkellem dwar il-fast ferry service f’San Ġiljan u qal li l-proġett ma kellux isir fil-Bajja ta’ San Ġiljan għax kien se jgħarraq il-bajja.

Hu qal li kien ta’ sodisfazzjon li l-kumpanija involuta ssospendiet ix-xogħlijiet bex isiru diskussjonijiet ma’ dawk involuti biex tinstab soluzzjoni biex is-servizz ta’ fast ferry jsir iżda dan isir b’responsabbiltà bla ma jnaqqas mill-kwalità tal-ħajja u b’rispett ta-ambjent taż-żona.

Hu qal li jinsab konvint li tista’ ssir fast ferry service li tgħaddi miż-żona u li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti għaliex wasal iż-żmien li jkunu kkunsidrati sistemi ġodda u differenti ta’ trasport.

Il-pajjiż għandu minn x’hix jitgħallem għaliex l-iżblokk fis-sitwazzjoni sar wara li l-kumpanija kienet responsabbli u marret għad-diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni.

Karl Gouder espriema l-impenn tal-PN biex tinstab soluzzjoni u qal li f’dawn iż-żminijiet Transport Malta tkun qed tibda x-xogħlijiet fil-bajjiet. Għalhekk il-postijiet riservati għall-għawwiema għandhom jitkabbru, appella Karl Gouder, li kompla li l-pressjonijiet fuq il-bajjiet mis-sidien tad-dgħajjes huma kbar. Jeħtieġ għalhekk jinstab il-bilanċ neċessarju.

Hu appella biex isiru iktar diskussjonijiet mal-kunsilli lokali għaliex dan hu l-aħjar mod kif jinstabu s-soluzzjonijiet fil-proġetti li jsiru fil-lokalitajiet; fosthom fit-toroq u proġetti oħra ta’ Transport Malta.