Lokali Parlament

Jeħtieġ spjega u għaqda nazzjonali dwar il-Fondi Ewropej ta’ Rkupru

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici fil-parlament tratta l-Fondi Ewropew ta’ Rkupru u appella lill-gvern biex jispeċifika kif se jintefqu dawn il-fondi; importanti li jkun hemm għaqda nazzjonali dwar kif se jintefqu dawn il-fondi.

Importanti li jinkiseb il-kunsens nazzjonali biex il-pajjiż ikun jista’ jimxi ‘il quddiem; ikun żball politiku jekk il-gvern ma jiksibx dan il-kunsens għaliex il-PN diġà ddikjara li lest isib kunsens nazzjonali fuq din il-materja ferm improtanti.

Carm Mifsud Bonnici tkellem fuq l-importanza tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi tal-UE u faħħar id-deċiżjonijiet tal-Ministru tal-Finanzi ta’ dak iż-żmien Tonio Fenech quddiem il-kriżi tal-2009 meta Malta kienet anki esprimiet solidarjetà ma’ pajjiżi li kellhom kriżi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kriżi tal-2009 ma tistax titqabbel mal-lum u sostna li d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-2009 ma setgħux jttieħdu b’mod ieħor u kien ikun żball politiku kienu ttieħdu differenti. Hu sostna li l-fondi tal-UE huma determinati u huma mertu tad-deċiżjoni li ħa l-PN meta ssieħeb fl-UE.