Futbol Sport

Maurizio Sarri jinħatar coach ta’ Lazio

Il-coach Taljan Maurizio Sarri inħatar coach ta’ Lazio biex b’hekk ħa post Simone Inzaghi li ħalla lil Lazio biex issieħeb ma’ Inter. Sarri iffirma kuntratt ta’ sentejn sal-2023.

Maurizio Sarri mexxa lil Napoli, Chelsea u Juventus fl-aħħar staġuni, fejn rebaħ il-UEFA Europa League ma’ Chelsea u s-Serie A ma’ Juventus, fejn sar l-ikbar coach li rebaħ l-Iscudetto fl-Italja.

Lazio temmew l-istaġun li għadda fis-sitt post tal-klassifika bi 68 punt.