Futbol Sport

“Ninsab interessat fi player Maltija”- Mino Raiola

(Ritratt: Martin Agius)

Waqt li kien jinsab fi żjara f’pajjiżna, l-aġent ta’ bosta players kbar madwar l-Ewropa fosthom Paul Pogba, Zlatan Ibrahimovic u anke Gigio Donnarumma, l-aġent Mino Raiola għal mistqosija ta’ Net News, qal li jinsab interessat fi player Maltija fejn kellu wkoll kliem ta’ tifħir għaliha.

Raiola kien f’pajjiżna sabiex iżur waħda mill-kumpaniji tiegħu fejn fost l-oħrajn qal li jara potenzjal fil-players Maltin u hu nteressat li jiffirma players Maltin. Dwar l-infrastruttura tal-futbol f’pajjiżna, Raiola qal li l-aqwa infrastruttura tal-futbol fid-dinja tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa filwaqt li qal biex tikseb suċċess fil-logħba tal-futbol l-ewwel ma trid tagħmel hu li tinvesti fl-infrastruttura.