Lokali

Raġel ta’ 32 sena jibqa’ dieħel f’armatura bil-mutur

Raġel ta’ 32 sena jinsab rikoverat fl-isptar Mater Dei wara li baqa’ dieħel f’armatura ta’ ħanut bil-mutur tiegħu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm, bil-Pulizija jiġu infurmati li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Elija Żammit, San Ġiljan.

Huma marru immedjatament fil-post u l-ewwel investigazzjonijiet urew li Libjan ta’ 32 sena li jgħix is-Swieqi, kien tilef il-kontroll tal-mutur Honda li kien qed isuq u daħal f’armatura ta’ ħanut

Ir-raġel, li hu Libjan, ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.