Lokali

Sehem il-Lux Press fl-istorja tal-ktieb u l-ġurnaliżmu Malti

Nhar l-10 ta’ Ġunju 2021 fis-6 p.m., fuq Zoom, l-Akkademja tal-Malti se tippreżenta taħdita minn Sergio Grech bit-tema Sehem il-Lux Press fl-Istorja tal-Ktieb u l-Ġurnaliżmu Malti

Il-Lux Press kienet stamperija ewlenija f’Malta u minnha raw id-dawl tal-istampa diversi gazzetti Maltin kif ukoll għadd kbir ta’ kotba fosthom l-ewwel pubblikazzjonijiet tal-Klabb Kotba Maltin. Dan minbarra għadd kbir ta’ klijenti li l-Lux Press kellha matul is-snin, tista’ tgħid f’kull settur tal-ħajja, inklużi għaqdiet sportivi.

Grech se jintraċċa l-bidu u jsegwi l-iżvilupp tal-istamperija u se juri kemm din l-istamperija kienet teċċella fl-organizzazzjoni. Barra minn hekk, se jsemmi d-diversi ġurnali ta’ partiti politiċi differenti li kienet tistampa fi żminijiet differenti. Matul it-taħdita se ssir preżentazzjoni viżiva li tinkludi madwar 70 slajd.

Mil-Lux Press kienet toħroġ ukoll The Bullettin – l-unika gazzetta indipendenti ta’ filgħaxija f’Malta. Il-gazzetta msemmija kienet tal-familja Micallef li kienet tmexxi l-istamperija. 

Barra r-riċerka tiegħu, Sergio Grech se jkun qed juża intervista li hu kien għamel ma’ Joseph Muscat li kien impjegat mal-familja Micallef fil-Lux Press u fost l-oħrajn se jingħata tagħrif fuq il-magni tal-lineotype. 

Sergio Grech hu editur tas-sensiela Bejn Storja u Miti, ħareġ erba’ bijografiji u rumanz.  Xandar mijiet ta’ programmi kulturali.

Il-ħolqa għaż-Zoom araha hawn.

Meeting ID: 831 3825 0340

Passcode: 180608