Spanja sejjħu tim ta’ 17-il plejer reserve għall-Euro 2020, li se jkun disponibbli għal coach Luis Enrique f’każ li jkun hemm aktar plejers pożittivi fil-kamp Spanjol. Fl-aħħar jiem Sergio Busquets u Diego Llorente ittestjaw pożittiv fl-iskwadra Spanjola.
L-assoċjazzjoni Spanjola qalet li issejħu 11-il plejer, flimkien mas-7 li kienu diġa reserve, sabiex jitħarrġu f’bubble separata fl-eventwalita’ li jkunu msejjħa biex jilagħbu fil-Euro 2020. Spanja mistennija jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra l-Iżvezja nhar it-Tnejn 14 ta’ Ġunju, bil-plejers Dejan Kulusveski u Mattias Svandberg ukoll pożittiv għall-Covid 19 fil-kamp Żvediż.
Il-plejers msejjħa fl-iskwadra ta’ 17-il plejer huma dawn:
Alvaro Fernandez (Huesca), Oscar Mingueza (Barcelona), Marc Cucurella (Getafe), Bryan Gil (Eibar), Juan Miranda (Betis), Gonzalo Villar (Roma/ITA), Alejandro Pozo (Eibar), Brahim Diaz (AC Milan/ITA), Martin Zubimendi (Real Sociedad), Yeremy Pino (Villarreal), Javi Puado (Espanyol), Rodrigo Moreno (Leeds/ENG), Pablo Fornals (West Ham), Carlos Soler (Valencia), Brais Mendez (Celta Vigo), Raul Albiol (Villarreal), Kepa Arrizabalaga (Chelsea)
//= $special ?>