Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli llum fil-parlament għamel appella qawwi biex il-politiċi u s-soċjetà ma titbżax titkellem favur il-ħajja u kontra l-abort għaliex m’hemmx xejn ħażin li s-soċjetà tkun favur li tikkonserva l-ħajja.
Fl-Aġġornament tal-parlament llejla Clyde Puli qal li fil-parlament tressaq abboz ta’ liġi li jintroduċi l-abort u sostna li hu jikkundanna l-att iżda ma jikkundannax lil min ikun għamlu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hu jemmen li l-ħajja tibda mill-konċepiment fil-ġuf għax dik hi ħajja umana distinata li tixirqilha rispett sħiħ. L-embrijun fil-ġuf ma jistax jitqies daqs darsa li tista’ tinqala’ qisu qatt ma kien xejn għax hemm ħajja distinta; għalihekk il-pro-life u l-pro-choice ifissru l-istes għaliex m’humiex l-istess.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dak li kien ppreżentat fil-parlament hu legalizzazzjoni tal-abort u mhux dekriminalizzzjoni tal-abort; iktar u iktar għaliex l-abort jista’ jisr f’kull ġurnata tat-tqala anki fl-aħħar mumenti u bla kunċett kif il-ħajja tista’ tissalva.
Clyde Puli sostna li dawk favur l-abort qed jgħidu li l-abort hu dritt ta’ għażla ta’ jekk titkompliex it-tqala jew le; tqala li tfisser li diġà hemm ħajja umana lil hinn dik tal-ġenituri.
Id-deputat Nazzjonalista qal li d-domanda trid tkun dwar fuq liema dritt qed issir id-diskussjoni għax hawn min jargumenta li dan hu dritt tal-mara biss bla ma jikkunsidra d-dritt tal-missier.
Hu kompla li min qed argumenta b’dan il-mod mhux qed jargumenta fuq id-dritt tat-tarbija u qed jinjora l-fatt li fil-ġuf hemm ħajja umana distinta minn dik tal-omm; dik hi tarbija umana li m’għandhiex vuċi u hi vulenrabbli. Għalhekk jeħtiġilha l-protezzjoni ta’ kulħadd; fuq quddiem tad-deputati. Id-deputati huma dovuti li jagħtu l-protezzjoni lil dik il-ħajja.
Hu tratta l-argumenti dwar saħħet il-mara u qal li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha favur il-ħajja; dan isir kontinwament anki f’Malta.
Clyde Puli qal li hemm min irid jillegalizza l-abort meta dan hu illegali u sostna li l-legalizzazzjoni tal-abort ma twassalx biex jonqsu l-aborti anzi l-pajjiż ikun qed jagħti messaġġ li l-abort hu sewwa.
Hu fakkar li fl-aħħar 25 sena ħadd ma mar il-ħabs fuq l-abort f’Malta u spjega kif l-abort ma jistax jitpoġġa fil-livell ta’ reati oħra għaliex fin-nofs hemm il-ħajja umana. Is-soċjetà qed issir iktar tolleranti lejn indifferenza lejn il-bnedmin iżda tlesta tipproteġi iktar lill-ambjent.
Hu appella biex il-poplu jitkellem kontra l-abort għaliex m’hemmx xejn ħażin li l-ħajja tal-uman tkun konservata; din mhix diskussjoni tal-UE u l-UE mhux se tindaħal f’din id-diskussjoni. Kulħadd irid juri fejn qiegħed, sostna Clyde Puli, li appella biex issir id-diskussjoni. Jien se nkun ma’ dawk favur il-ħajja u kontra l-abort, sostna Clyde Puli.
//= $special ?>