Fi Strasburgu waqt il-plenarja tal-Parlament Ewropew żewġ MEP’s tal-Partit Laburista ikkonfermaw il-qawl Malti: Bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.
Fil-fatt, l-MEP’s Alex Agius Saliba u Cyrus Engerer ivvotaw favur parti minn rapport fil-Parlament Ewropew li jsejjaħ sabiex materji ta’ Politika Barranija u Sigurta’, ma jibqgħux deċiżi bi qbil unanimu bejn l-iStati Membri.
Li jfisser li Malta ma tkunx tista’ twaqqaf inizzjattivi li jmorru kontra l-politika barranija u n-newtralita’ tagħha.
Din hi materja li sa nhar it-Tlieta, l-EwroParlamentari Maltin dejjem żammew pożizzjoni komuni mis-sħubija fl-2004.
Issa, f’u-turn mill-iktar sinjifikanti, l-MEP’s Laburisti Alex Agius Saliba u Cyrus Engerer ivvotaw biex Malta ma jibqax ikollha is-saħħa tal-veto.
F’kummenti, l-MEP’s tal-PN David Casa u Roberta Metsola qalu li kienu sorpriżi b’dan il-vot. Huma stqarru li dan il-vot jew ifisser bidla drammatika fil-politika barranija jew l-Ewroparlamentari Laburisti ma kellhomx idea dwar xiex qed jivvotaw. Min-naħa l-oħra, l-MEP’s Alfed Sant u Josianne Cutajar ivvotaw mad-delegazzjoni tal-PN.
Huma qalu li minkejja il-paroli kollu dwar kemm jiddefendu l-interessi ta’ Malta fil-Parlament Ewropew, id-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew hi maqsuma fuq suġġett ta’ importanza fondamentali għal Malta u mal-ewwel opportunita’ ċedew il-veto li għandu pajjiżna.
//= $special ?>