Sport Sport Ieħor

80% tal-atleti li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi se jkunu ħadu l-vaċċin

(Ritratt: EPA)

Il-Kumtitat Olimpiku Internazzjonali qal li 80% tal-atleti li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo li se jsiru ftit tal-ġimgħat oħra se jkunu ħadu l-vaċċin, hekk kif sa issa huma 74% li ħadu l-vaċċin.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-IOC Christophe Dubi, qal li qed isir kuntatt ma’ kull atleta li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi biex jitlaqqmu qabel ma jibdew l-Olimpjadi. Fil-Ġappun sa issa huma 3.9% tal-popolazzjoni li ħadu l-vaċċin, minkejja l-isofrzi tal-organizzaturi biex l-Olimpjadi jsiru kif skedat.

Aktar kmieni l-Kumtitat Olimpiku Internazzjonali kien laħaq ftehim ma’ waħda mill-kumpaniji ewlenin li qed jipprovdu l-vaċċin sabiex jitwaqqfu ċentri tal-vaċċin fil-Qatar u Rwanda.