EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Analiżi | Is-Slovakki huma finalisti mill-ġdid, iżda mingħajr aspirazzjonijiet żejda

Tfajjel Slovakk isegwi b'interess u passjoni lit-tim nazzjonali tal-futbol ta' pajjiżu

Se jilgħabu f’Grupp E, wara li kellhom jisfurzaw żewġ play-offs kontra ż-żewġ timijiet Irlandiżi, biex aċċertaw minn kwalifikazzjoni għat-tieni darba fl-istorja.

Kważi 30 sena wara li s-Slovakkja bħala repubblika kisbet l-indipendenza miċ- Ċekoslovakkja, Sokoli (il-falkuni Slovakki) reġgħu għamluha għall-finali tal-Kampjonati Ewropej għat-tieni edizzjoni konsekuttiva. Fil-Euro 2016 huma kienu ssuperaw l-istadju tal-gruppi, iżda kienu eliminati fil-fażi tal-aħħar sittax-il tim. Din id-darba, iċ-ċansijiet tagħhom li jkollhom riżultat simili jew aħjar minn dak ta’ ħames snin ilu, huma remoti.

Fl-aħħar edizzjoni tal-Euro, is-Slovakki kien irnexxilhom jgħaddu għal mal-aħħar 16-il tim. Iċ-ċans li jerġgħu jirrepetu dan is-suċċess din id-darba hu diffiċli ħafna.
Pavel Hapal mexxa lit-tim nazzjonali Slovakk għall-fażi kollha ta’ kwalifikazzjoni, għajr fl-aħħar partita tal-play-off.

Is-Slovakki kkwalifikaw għall-Euro 2020, wara li rebħu ż-żewġ playoffs li huma lagħbu kontra l-Irlanda u l-lrlanda ta’ Fuq. L-ewwel taħt it-tmexxija tal-kowċ Pavel Hapal, eliminaw lill-Irlanda wara l-għoti tal-penalties, iżda dak li ġara wara ma kienx mistenni. Qabel lagħbu l-partita deċiżiva, huma  tilfu f’żewġ partiti tal-UEFA Nations League kontra l-Iskozja u Iżrael, b’konsegwenza li Hapal tkeċċa.

Štefan Tarkovič inħatar bħala l-kowċ suċċessur qabel il-partita li kienet tħoll u torbot kollox, dik ta’ kontra l-Irlanda ta’ Fuq. Kienet għażla li ħalliet il-frott mixtieq, għaliex is-Slovakki rnexxilhom jikkwalifikaw meta rebħu l-konfront 2-1, b’gowl fil-ħin barrani skorjat minn Michal Ďuriš.

Štefan Tarkovič hu l-kowċ attwali tas-Slovakkja.

B’sistema tattika li x’aktarx tkun dik ta’ 4-2-3-1, it-tim li jinsab fis-36 post fir-rankings tal-FIFA, kapaċi jsib bilanċ ta’ plejers b’esperjenza u oħrajn żgħażagħ b’talent. Elementi bħal mhuma l-gowlkiper ta’ Newcastle United, Martin Dubravka, id-difensur ta’ Inter, Milan Skriniar u l-eks plejer ta’ Napoli, u captain tat-tim, Marek Hamšík jagħtu d-doża ta’ maturità lill-bqija tal-iskwadra.

Martin Dubravka
Milan Skriniar
Marek Hamsik
Stanislav Lobotka

Kwalunkwè suċċess jew falliment Slovakk f’din il-kompetizzjoni, se jkun qed jiddependi fuq l-għażliet ta’ tal-kowċ Tarkovič. Hu imperattiv li kwalunkwè għażla tal-kowċ, tassigura li jkun hemm bilanċ fis-sistema tattika ta’ Tarkovič. Il-fulkru tat-tim hu l-midfielder ta’ 26 sena, Stanislav Lobotka. Sal-lum, Lobotka hu l-aktar plejer Slovakk li qatt sewa flus, meta f’Jannar tal-2000, Napoli kienu ħallsu €21 miljun lil Celta Vigo biex akkwistawh. Hu mistenni li Lobotka jifforma parti minn trio ta’ plejers f’nofs il-grawnd, biż-żewġ plejers l-oħra jkunu Hamsik u Juraj Kucka. Fil-fażi offensiva, Duris għandu jkun l-attakkant ewlieni, għalkemm Tarkovič jaf jagħżel li jagħti fiduċja liż-żagħżugħ Dávid Strelec li kellu staġun domestiku aħjar minn Duris.

epa05366386 A Slovakian fan outside the Stade Pierre Mauroy ahead of the UEFA EURO 2016 group B preliminary round match between Russia and Slovakia at Stade Pierre Mauroy in Lille, France, 15 June 2016. EPA/ANDY RAIN

Is-26 plejer tas-Slovakkja għall-Euro 2020

Kowċ: Štefan Tarkovič

Marek Rodak

Gowlkipers: Martin Dubravka (Newcastle), Dusan Kuciak (Lechia Gdansk), Marek Rodak (Fulham).

Difensuri: David Hancko (Sparta Praha), Tomas Hubocan (Omonoia), Martin Koscelnik (Liberec), Peter Pekarik (Hertha Berlin), Lubomir Satka (Lech Poznań), Milan Skriniar (Inter Milan), Martin Valjent (Mallorca), Denis Vavro (Huesca).

David Hancko
Juraj Kucka

Midfielders: Laszlo Benes (Augsburg), Ondrej Duda (Koln), Jan Gregus (Minnesota), Marek Hamsík (IFK Goteborg), Lukas Haraslin (Sassuolo), Jakub Hromada (Slavia Praha), Patrik Hrosovsky (Genk), Juraj Kucka (Parma), Stanislav Lobotka (Napoli), Tomas Suslov (Groningen), Vladimir Weiss (Slovan Bratislava).

Attakkanti: Robert Bozenik (Feyenoord), Michal Duris (Omonoia), Robert Mak (Ferencvaros), Ivan Schranz (Jablonec).

Michal Duris