Futbol Sport

Ange Postecoglou jinħatar kowċ ta’ Celtic

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ Ange Postecoglou inħatar kowċ ta’ Celtic għat-tnax il-xahar li ġejjin. Postecoglous se jkun qed jieħu post Neil Lennon li rriżenja fl-aħħar tal-istaġun. Minkejja t-tentattivi ta’ Celtic li jaħtru lil Eddie Howe, l-eks kowċ ta’ Bournemouth, jidher li ma ntlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ partijiet u b’hekk l-għażla waqgħet fuq l-eks kowċ tal-Awstralja Ange Postecoglou.

Il-kowċ ta’ 55 sena fl-istaġun li għadda mexxa lil Yokohama F. Marinos fil-Ġappun fejn fl-2019 rebaħ ukoll il-kampjonat. Hu kien ukoll kowċ tal-Awstralja bejn l-2013 u l-2017 fejn irnexxielu jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2014 kif ukoll rebħa t-Tazza tal-Asja fl-2015.