Sport Sport Ieħor

Barbora Krejcikova u Anastasia Pavlyuchenkova fil-finali tar-Roland Garros

Iċ-Ċeka Barbora Krejcikova għelbet lil Maria Sekkari 7-5 4-6 9-7 biex għaddiet għall-ewwel finali ta’ Grand Slam fil-karriera tagħha. Krejcikova ħasbet li rebħet l-partita qabel iżda d-deċiżjoni kienet midbula mill-umpire.

B’hekk Krejcikova fil-finali se tiltaqa’ kontra Anastasia Pavlyuchenkova li fis-semi finali l-oħra għelbet lil Tamara Zidansek 7-5 6-3. Minkejja li Pavlyuchenkova qatt ma’ lagħbet f’dan il-livell ta’ kompetizzjoni, l-esperjenza tagħha fuq iż-żagħżugħa Zidansek, hekk kif għamlitha wkoll għal-ewwel finali tagħha fi Grand Slam.