EURO 2020 Futbol Sport

“Bħalissa iffukat 100% fuq il-Euro 2020”- Jadon Sancho

(Ritratt: EPA)

Minkejja l-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu Jadon Sancho jinsab iffukat 100% fil-Euro 2020 u li jkollu prestazzjonijiet tajbin mat-tim nazzjonali Ingliż. Aktar kmieni llum kien irraportat li Jadon Sancho laħaq ftehim ma’ Man Utd dwar il-kuntratt tiegħu, b’Borussia Dortmund iżda jirrifjutaw l-ewwel offerta ta’ Man Utd.

Madanakollu Sancho bħalissa qed jikkonċentra fuq it-tim nazzjonali tal-Ingilterra, fejn stqarr li mhux qed jagħti każ tal-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu fuq il-midja. Sancho jinsab ħerqan sabiex jilgħab fl-ewwel tournament maġġuri fil-karriera tiegħu mat-tim nazzjonali Ingliż, bl-attakkant ta’ 21 sena jistqarr li qed jħossu fl-aħjar forma, minn meta irkupra minn injury f’Marzu li għadda.