Coronavirus Lokali

COVID-19: 4 każi ġodda, ifiqu 5

Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 4 każi pożittivi ta’ COVID-19, filwaqt li fiequ 5 persuni oħra. Biex b’hekk il-kazijiet attivi niżlu għal 67.

Għal ġurnata oħra ma kienu reġistrati ebda imwiet… bil-fatalitajiet jibqgħu 419.

Sal-Erbgħa kienu ingħataw 570,513 doża tal-vaċċin għal kontra l-COVID, b’aktar minn 246,000 persuna huma mlaqqma biż-żewġ dożi.

Mill-bidu ta’ din il-panedmija.. f’Marzu tal-2020  kienu reġistrati 30,577 każ ta’ dan il-virus.