Lejliet il-bidu tal-Euro 2020, jidher li nqala’ diżgwid fil-kamp Franċiż wara l-partita li kellhom Franza kontra l-Bulgarija. Olivier Giroud skorja darbtejn fit-tieni taqsima biex issa jinsab biss 5 gowls ‘il bogħod milli jilħaq ir-rekord ta’ Thierry Henry ta’ 51 gowl bil-flokk Franċiż. Madanakollu, jidher li wara l-partita, Giroud kien xi ftit frustrat li xi plejers sħabu ma bdewx iqassmulu.
JIdher li dan il-kumment dejjaq mhux ftit lill-istilla Franċiża Kylian Mbappe, li skont rapporti, ried jindirizza l-midja biex jirribatti l-kummenti ta’ Giroud. Iżda l-coach Didier Deschamps qallu biex jikkalma u jikkonċentra fuq l-ewwel partita ta’ Franza kontra l-Ġermanja. Franza huma fost il-favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni, iżda dan id-diżgwid jista’ joħloq tensjoni żejda fil-kamp Franċiż.
//= $special ?>