Sport Sport Ieħor

Djokovic u Nadal fis-semi finali tar-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic għeleb lil Matteo Berrettini 6-3 6-2 6-7 7-5 biex b’hekk se jiltaqa’ kontra Rafael Nadal fis-semi finali. Il-partita bejn Djokovic u Berrettini kellha tieqaf fil-11.00pm, hekk kif il-partitarji kellhom jinħarġu minħabba l-curfew fi Franza, li jistipula li n-nies jkunu fi djarhom fil-11.00pm. Hekk kif it-tennisti irritornaw fl-istadium, Djokovic għalaq il-partita u rebaħ ir-raba’ set.

Fil-logħba l-oħra Rafael Nadal għadda għas-semi finali wara li għeleb lil Diego Schwartzman 6-3 4-6 6-4 6-0, quddiem 5,000 spettatur f’Pariġi. B’hekk Nadal se jkun qed jħares li jegħleb lil Djokovic fis-semi finali, bit-tir li jirbaħ l-erbatax Open ta’ Franza tal-karriera tiegħu.