Internazzjonali

Eklissi tax-xemx spettakolari ta’ darba fis-sena

Ir-residenti fir-reġjuni lejn in-naħa ta’ fuq tad-dinja fl-aħħar sigħat setgħu jassistu għal eklissi tax-xemx ta’ darba fis-sena u li permess tagħha, il-qamar wasal f’punt fejn seta’ jixħet ammont ta’ dlam straordinarju fuq id-dinja iżda mingħajr ma jgħatti d-dawl kompletament.

Dan kollu żvolġa bħala parti minn hekk-isejjaħ celestial phenomenon u li permetta għall-eklissi parzjali tax-xemx mill-qamar.

Fil-fatt sa 88 fil-mija tax-xemx spiċċat mgħottija mill-qamar għan-nies li kienu qed isegwu l-fenomenu mill-inħawi tal-Kanada, ir-Russja, Greenland u n-North Pole  — bl-aktar xeni spettakolri jgawduhom ir-residenti fir-reġjun tal-Artiku.

Sadanittant, ir-residenti fi bnadi tal-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Asja setgħu jaraw ukoll l-eklissi parzjali – bir-residenti f’postijiet bħal Shetland Islands u l-Isle of Lewis jaraw sa 40 fil-mija tax-xemx moħbija wara l-qamar fil-ħin tal-eklissi proprju.

Intant, l-eklissi damet l-aktar fuq iz-zona ta’ Nares Strait, jew iz-zona ta’ baħar li tifred l-arċipelago tal-Kanada minn Greenland u fejn il-fenomenu dam għaddej għal madwar erba’ minuti.