F’Telia Parken Stadium, f’Copenhagen id-Danimarka, mistennija jiddaħħlu 65% tal-partitarji fl-istadium, minflok 30% kif kien pjanat. Hekk kif fadal inqas minn ġurnata għall-bidu tal-Euro 2020, Copenhagen mistennija ddaħħal madwar 25,000 partitarju fl-istadium, bid-deċiżjoni finali trid tkun approvata mill-UEFA.
Bħala parti mit-tneħħija ta’ diversi restrizzjonijiet fid-Danimarka, din il-proposta għandha wkoll l-approvazzjoni tal-Parlament Daniż.
//= $special ?>