Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr li bħalissa, is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna hi “waħda feliċi” u taħt kontroll.
Meta kien qed jagħmel preżentazzjoni dwar il-qasam tas-saħħa menatli, Chris Fearne qal li bħalissa m’hemm ebda pazjent fl-ITU li hu pożittiv għall-Coronavirus. Fl-istess waqt, hu insista għall-kawtela “għaliex il-pandemija għadha fostna”.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Psikjatra Anton Grech stqarr li fejn tidħol kura mentali, hemm bżonn aktar servizzi fil-komunità. Xi ħaġa li dwarha qed jitkellem b’saħħa l-PN bil-proposti li ressaq din il-ġimgħa għas-settur tas-saħħa mentali.
//= $special ?>