Futbol Sport

Georginio Wijnaldum jingħaqad ma’ PSG

Il-midfielder Olandiż Gini Wijnaldum ingħaqad uffiċċjalment ma’ PSG fi Franza, wara li rrifjuta l-offerta ta’ Barcelona fl-aħħar mumenti. Wijnadlum li għandu 30 sena iffirma kontratt ta’ 3 snin sal-2024 u mistenni jkollu salarju ta’ €9.5 miljun fis-sena.

Wijndalum qatta’ l-aħħar ħames snin fl-Iniglterra ma’ Liverpool fejn fosthom rebaħ il-UEFA Champions League u l-Premier League. Wijnaldum bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Olandiż, fejn lagħab għal 75 darba, hekk kif għaddejjin bl-aħħar preparazzjonijiet għall-Euro 2020.