Il-partiti kollha li se jintlagħbu f’Wembley Stadium se jkunu eżentati mill-miżuri tal-lockdown anke jekk ‘Freedom Day’ li hija pjanata li tkun il-21 ta’ Ġunju mistennija tiġi posposta minħabba żieda fil-każijiet tal-Covid-19 fl-Ingilterra.
F’Wembley Stadium, għall-ewwel tliet partiti tal-gruppi mistennija jattendu 22,500 u jekk dan ikun suċċess, jitħallew jidħlu aktar partitarji fil-fażi finali. Fir-Renju United, il-partitarji kollha se jitħallew jidħlu fl-istadium jekk ikolli ċ-ċertifikat tal-vaċċin jew ikollhom test negattiv tal-Covid.
//= $special ?>