EURO 2020 Sport

Il-plejers Skoċċiżi m’humiex se jinżlu fuq l-irkoppa qabel il-partita kontra l-Ingilterra

Il-plejers Skoċċiżi m’humiex se jinżlu għarkopptejhom qabel il-partita kontra l-Ingilterra, iżda minflok se jibqagħu bilwieqfa. Fl-aħħar partiti ta’ ħbiberija, l-partitarji Ingliżi wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom waqt dan il-ġest kontra r-razzismu.

Bosta plejers involuti fil-futbol u fi sport ieħor minn dan l-istaġun bdew jinżlu għarkopptejhom qabel it-tisfira tar-referee bħala sinjal kontra r-razzismu. Madanakollu, l-plejers Skoċċiżi jħossu li s-sinifikat ta’ dan intilef, u għalhekk mhux se jinżlu għarkeopptejhom, iżda se jkomplu l-ġlieda tagħhom kontra r-razzismu.

Sadanittant il-plejers tal-Ingilterra fi qbil mal-coach Gareth Southgate qalu li se jkunu qed jinżlu għarkopptejhom qabel il-partiti tal-Euro 2020. Sadanittant, il-Kroazja ħallew lill-plejers liberi li jiddeċiedu huma jekk għandhomx jinżlu għarkopptejhom jew le.