EURO 2020 Futbol Sport

Il-UEFA tordna lill-Ukrajna biex ineħħu l-messaġġ politiku minfuq il-flokk tagħhom

Il-UEFA ordnat lit-tim Ukren biex ineħħi l-messaġġ politiku minfuq il-flokk li se jkunu qed jilagħbu bih fil-Euro 2020. Il-frażi li tgħid ‘Glory to the heros’ għandha konnotazzjonijiet militari, iżda l-furur f’Moska qam minħabba d-disinn li hemm fuq il-flokk li jinkludi r-reġjun tal-Krimea.

Dan ir-reġjun li r-Russi għamluh tagħhom fl-2014 xorta waħda b’mod globali baqa’ magħruf li jifforma parti mill-Ukrajna. Iżda l-UEFA dan ma kkunidratux bħala att ta’ provokazzjoni u minflok ordnat li titneħħa biss il-frażi ‘Glory to the heros’.